Il-boxer veteran Floyd Mayweather li għandu 44 sena, se jiġġieled għall-ewwel darba mis-sena 2018, kontra l-istilla tal-Youtube Logan Paul, f’Miami, Florida.
Din il-ġlieda ta’ esebizzjoni se ssir fil-Hard Rock Stadium fis-6 ta’ Ġunju, erba’ xhur wara id-data inizjali li kellha issir fiha. Mayweather temm il-karriera professjonali tiegħu fl-2017, meta għeleb lil Conor McGregor, biex żamm ir-rekord ta’ mingħajr telfa, b’50 rebħa minn 50 ġlieda professjonali.
Logan Paul min-naħa tiegħu tilef l-unika ġlieda professjonali li kellu. Din il-ġlieda mistennija tikseb numru sostanzjali ta’ pay-per-views, bl-aħħar ġlieda ta’ Mayweather tkun fil-Ġappun kontar kickboxer Ġappuniż, li rxexxielu jegħleb wara 140 sekonda.
//= $special ?>