Futbol Sport

Il-fundatur ta’ Spotify, Daniel Ek, determinat li jixtri lit-tim ta’ Arsenal

Il-Ko-fundatur ta’ Sportify, Daniel Ek, f’ intervista fuq stazzjoni Amerikan, saħaq li jinsab determinat li jipprova jixtri lil Arsenal, minkejja li lf-aħħar jiem is-sidien ta’ Arsenal, Stan u Josh Kroenke, ħarġu stqarrija fejn qalu li mhux interessati li jbiegħu l-ishma tagħhom fit-tim ta’ Arsenal.

Madanaollu, Daniel Ek, li qal li huwa partitarju ta’ Arsenal qabel kollox, saħaq li irnexxielu jikseb il-fondi neċċessarji sabiex jitfa’ l-offerta tiegħu, bis-sapport fost l-oħrajn tal-eks plejers ta’ Arsenal, Thierry Henry, Dennis Bergkamp kif ukoll l-eks captain Patrick Vieira. Ek sostna li għalkemm se jsib reżistenza mill-familja Kroenke, hu jinsab preparat għal proċess li jaf jieħu fit-tul, sabiex jikseb l-ishma tiegħu fil-klabb ta’ Arsenal, filwaqt li jrid jinkludi lill-partitarji ta’ Arsenal aktar fit-tmexxija ta’ dan il-klabb.

Sadanittant, ilbieraħ tekllem ukoll l-eks coach ta’ Arsenal, Arsene Wenger, fejn qal li il-partitarji għandhom parti importanti fil-klabb, filwaqt li tenna li kemm-il darba hu jkun mitlub minn Daniel Ek sabiex jgħin lill-klabb, hu jkun lest sabiex jagħti l-parti tiegħu sabiex jara lil Arsenal jiksbu suċċess.