Formula 1 Sport

Il-Grand Prix tat-Turkija se tieħu post il-Grand Prix tal-Kanada għal dan l-istaġun

Il-Formula 1, ħabbru li l-Grand Prix tat-Turkija se tieħu post il-Grand Prix tal-Kanada fis-seba’ round ta’ tlielaq dan l-istaġun, wara d-diversi restrizzjonijiet li huma mposti bħalissa fil-Kanada b’rabta mal-imxija tal-Covid 19.

Fost il-miżuri fil-Kanada, dawk kollha li jidħlu fil-Kanada iridu jsegwu perjodu ta’ erbatax-il ġurnata fi kwaratnina, bil-Formula 1 tisħaq li dan għamilha impossibli li t-tellieqa ssir f’dan il-pajjiż. Minkejja dan il-Formula 1 ħabbret estensjoni ta’ sentejn tal-Grand Prix fil-Kanada, filwaqt li saħqu li kull min xtara it-tickets għal din it-tellieqa se jkun qed jingħata l-flus lura.