Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said sostna li f’Għawdex, il-gvern mhux iżomm il-miri tiegħu fil-proġetti tant li dawn m’humiex jitwettqu.
Fl-Aġġornament tal-parlament tal-lejla, id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-PN nieda id-dokument 2+8 bi proposta għas-settur tal-ospitabbiltà u t-turiżmu u sostniet li l-impjiegi u l-ekonomija jiddependu bil-qawwi fuq dawn is-setturi. Hu tratta l-importanza tad-diversifikazzjoni u kif Għawdex għandu jattira niċeċ ġodda.
Id-deputat Chris Said qal li l-Prim Ministru ftit ilu assista għat-tieni inawgurazzjoni tal-fly-over tal-Marsa, li saret b’żoni li gvern Nazzjonalista ġab mill-UE. Il-Prim Ministru kein qal li l-gvern iżomm il-miri fil-porġetti, sostna Chris Said, li qal li l-Mużew ta’ Għawdex kellu jiskeb €4 miljuni f’fondi mill-UE iżda ma sarx fil-ħin u dawn intilfu għax il-proġett ma sasrx fil-ħin. Il-Prim Ministru nesa wkoll li d-dar għall-anzjani f’Għawdex li x-xogħol fuqha beda seba’ snin ilu iżda għadha ġebel u saqaf bix-xogħol fuqha wieqaf.
Dan meta din hi sar mill-iktar importanti għall-anzjani Għawdxin. Gvern Nazzjonalista kien bena s-Sala Sant’Anna li issa tinsab vojta, sostna Chris Said, li kompla li Vitals u Steward ingħataw €80 miljun fis-sena mit-taxxi li bihom suppost inbena sptar ġdid ta’ 450 sodda li suppost kien lest f’Ġunju 2018.
Dan hu speċifikat fil-kuntratt bejn il-Gvern u Steward iżda għad ma tpoġġiet l-ebda ġebla ta’ dan l-isptar. Il-poplu diġà ħallas għal dan l-isptar iżda x-xogħol għadu lanqas beda u l-pjan lokali għadu ma nbidilx, sostna Chris Said.
//= $special ?>