L-Italja tinsab dejjem eqreb li tibda t-triq lura lejn in-normalità. Dan hekk kif ilbieraħ ġie approvat il-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru, li parti kbira minnu hi finanzjata mill-UE.
Dan il-pjan tal-Prim Ministru Mario Draghi iħares lejn programm ta’ investiment massiċċ għall-ħames snin li ġejjin, inkluż proġetti ta’ konnessjoni aħjar lejn Sqallija u n-nofsinhar tal-pajjiż, investiment akbar fir-riċerka, il-ħolqien ta’ niċeċ ġodda, it-tisħiħ tat-turiżmu u enfasi akbar fuq il-green jobs.
Il-Gvern Taljan qed jaħseb ukoll biex fuq perijodu ta’ 10 snin il-pajjiż jikseb 72% tal-enerġija tiegħu minn sorsi rinnovabbli. Apparti dan, Draghi qed jaħseb biex jinvesti direttament fiż-żgħażagħ: “Irridu niggarantixxu xogħol, li jkunu jistgħu jixtru post, u kwalità ta’ ħajja aħjar”, qal il-Prim Ministru Taljan lis-Senat.
Dan il-pjan, li jlaħħaq investiment ta’ aktar minn €220 biljun, għandu jiġi approvat mill-UE.
//= $special ?>