Lokali

Il-Partit Nazzjonalista japprezza ix-xogħol delikat tal-forzi tal-ordni

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon illi wara tmien snin fil-gvern issa ġew iffirmati l-fehmiet kollettivi illi jtejbu il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-forzi dixxiplinati inkluż il-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza Beppe Fenech Adami stqarr li l-forzi dixxiplinati kollha fis-sena li għaddiet u fix-xhur li għaddew kienu fuq quddiemnett fl-isfida tal-pandemija li ħakmet il-pajjiż.

Il-Partit Nazzjonalista japprezza ix-xogħol delikat u kultant perikoluż tal-forzi dixxiplinati kollha u jibqa’ kommess li jibni fuq it-tajjeb li sar, filwaqt li jindirizza kwalunkwe inġustizzji li sofrew membri fl-istess forzi. Determinat ukoll li jibqa’ jkun fuq quddiemnett sabiex jassigura li l-kwalita’ tal-ħajja tal-membri tal-forzi tad-dixxiplina tibqa’ titjieb.

Fil-jiem li qed niċċelebraw il-ħaddiem, il-PN jsellem u jrodd ħajr lill-membri kollha tal-forzi dixxiplinati kollha fil-pajjiż.