Lokali Turiżmu

Il-pjan tal-Partit Nazzjonalista għat-turiżmu hu “pass fid-direzzjoni t-tajba”

Ikomplu johorgu aktar reazzjonijiet pożittivi għall-proposti li preżenta aktar kmieni dan ix-xahar il-Partit Nazzjonalista – proposti konkreti għas-settur tat-turiżmu.

Waqt intervista fil-programm NETLIVE, Simon Sciberras, mill-assoċjazzjoni tad-Diving saħaq li qabel ħareġ b’dawn il-proposti, il-Partit Nazzjonalista għamel djalogu ma’ din l-assoċjazzjoni ….sabiex flimkien raw x’tibdiliet jeħtieġu għal dan is-settur. Huwa saħaq li l-pandemija ħolqot diversi diffikultajiet għal din l-industrija, speċjalment għall-għaddasa.Il-President tal-Assocjazzjoni tad-Diving spjega kif il-fatt li l-PN ħareġ b’working document… huwa pass pozittiv immens.

Minn naħa tiegħu, Frans van Avendonk, President tal-Union tal-Gwidi ta wkoll ir-reazzjoni tiegħu ghad- diversi proposti li sawwar il-Partit Nazzjonalista.

Il-pjan li ġie preżentat il-ġimgħa li għaddiet mill-Kap tal-PN Bernard Grech u mill-Kelliem ghat-Turizmu Robert Arrigo fih aktar minn 100 proposta ghall-qasam turistiku. Dawn jinkludu fost l-ohrajn tax credits, tnaqqis fil-VAT, scholarships ghall-istudenti tal-Ingliz, progetti infrastrutturali, u inizjattivi ghall-gzira Ghawdxija.