Lokali Parlament

Intrapriżi soċjali bi rwol ambjentali

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal fil-parlament li l-intrapriżi soċjali jistgħu u għandhom jagħtu wkoll kontribut fl-ambjent bi rwol importanti fit-tibdil fil-klima.

Fil-parlament hu sostna li Malta waqgħet lura f’dawn l-isfidi u għalhekk għandu jkun hemm inċentivi għal dawn is-settur permezz ta’ skemi mill-gvern u l-possibbiltajiet ta’ fondi Ewropej.

Id-deputat Nazzjonalista qal li pajjiżi barranin qed jippromwovu inizjattivi ambjentali anki fit-tnaqqis tal-karti fl-uffiċċji u użu ta’ iktar roti. Hu kompla li fil-Ġermanja hemm numru ta’ inizjattivi fost l-immigranti fejn qed jingħata taħriġ għal iktar protezzjoni ambjentali. Inizjattivi oħra huma riċiklaġġġ ta’ ħwejjeġ li wara jinbiegħu. Fir-Russja hemm inizjattivi għall-konservazzjoni tal-ambjent u tan-natura.

Robrt Cutajar kompla li fl-Ingilterra qed ikunu organizzati kunċerti fil-kampanja biex joħolqu kuxjenza ambjentali u dixxiplina. Hu semma’ l-food banks u qal li fl-Ingilterra hemm il-food cycle li jgħinu lill-persuni li jinsabu fil-faxxa tal-faqar fejn ikel li jkun se jintrema’ mill-istabbilmenti jinġabar u jitqassam lil persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Fl-Ingilterra hemm ukoll l-inizjattiva fejn żraben qed ikunu riċiklati u jerġgħu jintużaw. Dawn l-intrapriżi soċjali għandhom ukoll l-sifidi tagħhom.

Robert Cutajar semma’ l-katarretti u qal li numru ta’ tobba ħarġu b’inizjattiva li bil-flus li jinġabru minn dawn l-operazzjonijiet ikunu offruti servizzi ta’ katarretti għal dawk bi dħul baxxa fil-komunità.