Sport Sport Ieħor

Jitħabbru l-miżuri b’rabta mal-Olimpjadi u l-Covid 19

(Ritratt: Tokyo Olympics 2020.)

Skont il-publikazzjoni uffiċjali magħrufa bħala Playbook maħruġa mill-Kumitat Organizativ u mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, lil kompetituri fl-Olimpijadi u ParOlimpijadi ser isirilhom test għal Covid kulljum. L-istess atleti jistgħu jneħħu l-maskra biss meta jieklu u jixorbu, jorqdu, jittrenjaw jew jikkompetu Ebda spettaturi mhux mill-Ġappun mhu ser jitħallew jidħlu fil-kumplessi tal-isport filwaqt li għal pubbliku Ġappuniż deċiżjoni ser tittieħed f’Ġunju.

Mhux neċessarju li atleti jkunu ħadu l-vaċċin qabel jidħu fil-Ġappun iżda jkollhom jgħamlu kwarantina ta’ tlett ijiem. Fl-istess verżjoni ta’ dak li huwa magħruf bħala Playbook tal-Atleti hemm wkoll indikat li kull min jidħol il-Ġappun irid ikun għamel żewġ testijiet u filwaqt li l-atleti jsirilhom test kuljum, parteċipanti oħra jsirilhom test kull tlett ijiem. Ebda parteċipant ma jista juża it-trasport pubbliku iżda jsiru jintużaw vetturi apposta tal-organizazzjoni. Passiġġieri f’kull mezz ta’ trasport huma pprojbiti milli jitkellmu.

Min ikun Tokjo jista’ jiekol biss fil-post fejn issir uil-kompetizzjoni, fir-restaurant fejn ikunu alloġġjati jew f’kamrithom. Atleta li jirrifjuta li jsirlu test jintbgħat lura pajjiżu. Il-Ġappun sal-11 ta’ Mejju huwa fi stat ta’ emergenza minħabba ż-żieda qawwija tal-coronavirus.