Futbol Sport

L-inkjesta turi li l-mewt ta’ Maradona setgħet ġiet evitata

Rapporti fil-midja Taljana, dalgħodu rrappurtaw kif il-mewt ta’ Diego Armando Maradona setgħet ġiet evitata u li Maradona miet kawża ta’ nuqqas ta’ attenzjoni tan-newrologo Leopoldo Luque u l-psikjatra Agustina Cosachov.

Jidher li fl-aħħar jiem ġiet konkluża l-inkjesta li identifikat ir-raġunijiet għalfejn Diego Maradona miet, bir-raġuni prinċipali tkun nuqqas ta’ attenzjoni fit-trattament li ngħata u anke l-problemi li kellu f’qalbu qabel ma ddaħħal l-isptar. Iż-żewġ tobba qed jirriskjaw li fil-jiem li ġejjin jitressqu l-qort akkużati b’omiċidju u qed ikun ukoll irrappurtat li t-tobba ma kienu magħrfa bil-problemi f’saħħet Maradona hekk kif qatt ma sarulu testijiet mediċi.

Bħalissa qed issir investigazzjoni dwar dan il-każ b’bosta persuni fosthom ż-żewġ tobba u infermiera oħra qed ikunu interrgoati. Maradona miet fil-25 ta’ Novembru li għadda wara li tliet ġimgħat qabel kien idaħħal l-isptar kważa ta’ embolu tad-demm f’moħħu.