Futbol Sport

Marcelo jista’ jitlef it-tieni leg kontra Chelsea minħabba l-elezzjoni f’Madrid

Wara li lbieraħ Real Madrid temmex fi draw ta’ 1-1 kontra Chelsea fl-ewwel round tas-semi finali taċ-Champions League, is-sit Spanjaol El Mundo qed jirraporta li Marcelo jista’ jitlef it-tieni leg minħabba li kien magħżul sabiex jaħdem f’wieħed mill-positjiet tal-elezzjoni f’Madrid.

Jidher li l-għażla kienet waħda spontanja hekk kif nhar l-Erbgħa se jkunu qegħdin isiru l -elezzjonijiet reġjonali f’Madrid. Minkejja dan. Real Madrid u l-avukati tagħhom huma determinati li jappellaw minn din l-għażla quddiem il-bord elettorali, hekk kif il-Brażiljan jrid jivvjaġġa għal-Londra għal-partita kontra Chelsea. Flimkien ma’ Marcelo kien elett ukoll il-plejer tal-youths ta’ Real Madrid Víctor Chust, bid-deċiżjoni finali dwar Marcelo mistennija tittieħed fit-tieni appell li Real Madrid se jkunu qed iressqu aktar tard din il-ġimgħa.