Iċ-Champion attwali tal-Open ta’ Madrid Novak Djokovic ħabbar li mhux se jkun qed jipparteċipa fl-Open ta’ din is-sena. Djokovic rebaħ l-aħħar edizzjoni tal-Open f’Madrid fl-2019, hekk kif l-edizzjoni tas-sena l-oħra kienet ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemijia tal-Covid 19.
Il-Ġimgħa l-oħra Djokovic, ta’ 33 sena, kien eliminat fis-semi finali tal-Open tas-Serbja minn Aslan Karatsev, filwaqt li aktar kminei dan ix-xahar safa’ eliminiat ukoll mill-Monte Carlo Masters mit-tennist Brittaniku Dan Evans.
Djokovic rebaħ tmientax-il Grand Slam fil-karriera tiegħu bl-aħħar wieħed jkun l-Grand Slam tal -Awstralja li rebaħ lura fi Frar, fejn ix-xahar li ġej mistenni jipparteċipa fl-Open ta’ Ruma u ta’ Belgrade, bi preparazzjoni għall-Open ta’ Franza.
//= $special ?>