Il-Knisja f’Malta se jkollha erba’ saċerdoti ġodda. L-ordinazzjoni presbiterali mill-Arċisqof Charles J Scicluna se ssir nhar is-Sibt, 8 ta’ Mejju 2021, fid-9:30 a.m., fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid, u se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
L-erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
- Roderick Baldacchino mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun
- Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun
- Jean-Claude Schembri mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun
- Mark Scicluna tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini
Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju qed jistieden liż-żgħażagħ biex jirriflettu dwar il-possibiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża. Filmat li ħareġ il-Ħadd li għadda f’Jum il-Vokazzjonijiet ifakkar li s-saċerdot, b’għażla ħielsa, qed jingħata għas-servizz tal-oħrajn fuq l-eżempju ta’ Ġesù. Iċ-Ċentru ħejja wkoll intervisti qosra li jintroduċu l-erba’ saċerdoti ġodda.
Il-komunità tas-Seminarju u l-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom f’mument ta’ talb għal vokazzjonijiet li se jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Seminary Vocations Centre’ nhar il-Ħamis, 6 ta’ Mejju fis-7:30p.m. Il-velja se ssir quddiem il-Knisja ta’ Santa Liberata (tal-Kapuċċini), il-Kalkara, u se titmexxa mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.
//= $special ?>