Għadd ta’ partitarji ta’ Roma nġabru quddiem il-ground fejn kienu qed jitħarrġu l-plejers tat-tim Taljan sabiex jagħtu s-sapport tagħhom lit-tim tagħhom qabel jitilqu għal Manchester għas-semi finali kontra Man Utd.
Għada Roma jaffrontaw lil Manchester United fis-semi finali ta-Europa League f’dik li se tun l-ewwel partita bejn dawn iż-żewġ timijiet sa mill-2008, meta kienu ltaqgħu fil-kwarti finali tal-UEFA Champions League, b’ Man Utd dakinhar joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.
F’Ruma din l-ġimgħa bdew jitneħħew xi restrizzjonijiet tal-Covid 19 fejn bdew jiftħu r-ristoranti, xi bars u ċ-ċinema fost l-oħrajn, kif ukoll individwi se jkunu jistgħu jżuru lil xulxin fid-djar sa massimu ta’ erba persuni.
//= $special ?>