Sport Sport Ieħor

Rappreżentazzjoni Maltija tal-Mountain Biking fi Sqallija

(Ritratt: Etna Extreme)

Fl-Etna Extreme Mountain Bike fi Sqallija ħdax-il atleta irrapreżentaw lil pajjiżna f’żewġ avvenimenti differenti. Fit-tellieqa Marathom ħadu sehem Marie Claire Aquilina (Team Greens), Patrick Scicluna (Berria Racing Italia), Domenic Cutajar, Francesco Grima, Steve Grima u Brandon Sultana, mill-Gozo Cycling Club.

Min-naħa l-oħra fit-tellieq Gran Fondo ħadu sehem Justin Gauci (Mosta Cycling Club), Carl Saydon (Agones SFC), Jamie Camilleri, Feliecienna Cini u Shawn Sciberras (Gozo Cycling Club). Għaċ-ċiklist veteran Patrick Scicluna din kienet is-sitt Etna Extreme Marathon, fejn beda fu qil-linja tal-pro bikers.

“Il-kundizzjonijiet tat-temperatura matul it-tellieqa kienu epiċi, u kellna niffaċċjaw xita qawwija u borra, bit temperaturi jmorru sew taħt iż-żero. Naturalment il-kundizzjonijiet għan-niżla kienu massakranti, imma ċertament li l-avveniment kien eċċitanti ħafna,” qal Scicluna.

Marie Claire Aquilina kisbet l-ewwel post fil-kategorija tad-dilettanti nisa filwaqt li Felicienna Cini ħadet it-trofew tat-tieni post fil-kategorija Master Sport tan-nisa. Ir-rikkieba Domenic Cutajar u Carl Saydon kellhom ukoll prestazzjonijiet tajbin, fejn stqarrew li l-fatt li ma kien hemm l-ebda tlielaq f’pajjiżna minħabba li l-isport kien projbit, għamilha aktar diffiċli għalihom sabiex jikkompetu ma’ rikkieba ta’ pajjiżi oħra.