Futbol Sport

Ryan Giggs jwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fil-qorti f’Manchester

Il-coach ta’ Wales u l-eks plejer ta’ Manchester United, Ryan Giggs, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li agredixxa żewġ nisa, kif ukoll li kien riċediv bejn Diċembru tal-2017 u Novembru tal-2020.

Giggs, 47, huwa l-wieħed mis-sidien ta’ Salford City u deher quddiem il-Maġistrat f’Manchester, fejn fil-qorti ntqal ukoll li Giggs kien ta’ daqqa ta’ ras lill-eks sieħba tiegħu Kate Greville filwaqt li agredixxa wkoll lil-oħtha fid-dar tiegħu stess.

Is-smigħ ta’ din is-sentenza mistennija jitkompla fis-26 ta’ Mejju quddiem il-Manchester Crown Court, filwaqt li Giggs ingħata l-liberta’ proviżorja bil-kundizzjoni li ma jkellimx u lanqas jersaq viċin tan-nisa involuti fil-każ.