“Nħaddnu prinċipju ta’ tolleranza żero għal ksur ta’ liġi”.
Dan sosnietu l-għaqda Kaċċaturi San Ubertu wara rapporti fil-midja rigward persuna fil-Miżieb fil-pussess ta’ tajra mejta protetta li allegatament dan it-tali spara fuqha.
L-għaqda sostniet li qed tikkundanna bla riservi atti simili li “huma dannu għal kaċċaturi li fil-maġġoranza assoluta tagħhom josservaw il-liġi.”
L-għaqda Kaċċaturi San Ubertu saħqet li m’għandha l-ebda forma ta’ parteċipazzjoni jew immanniġjar fir-riserva tal-kaċċa tal-Miżieb u insistiet li dan l-abbuż m’għandu l-ebda rabta ma’ kaċċa legali u sostenibbli li jservi biss sabiex itellef kull xogħol f’dan ir-rigward.
Intant l-għaqda saħqet li jekk din il-persuna tinstab ħatja hija mhux se taċċetta li dan jissieħeb magħha.
//= $special ?>