F’diskors lejliet il-100 jum tiegħu fil-kariga, il-President tal-Istati Uniti stabbilixxa pjan ta’ investiment radikali għall-impjiegi, l-edukazzjoni u l-kura soċjali. Joe Biden ippreżenta pjanijiet li jinvolvu madwar $4 triljun f’infiq.
Analisti qed jgħidu li din hija l-akbar reviżjoni tal-benefiċċji Amerikani sa mis-snin sittin iżda l-proposti qed jiffaċjaw oppożizzjoni qawwija mir-Repubblikani.
Dak li ġara fl-aħħar sigħat kien meqjus bħala mument storiku hekk kif għall-ewwel darba, wara l-President tal-Amerika kien hemm il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris u l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Nancy Pelosi. Din hija l-ewwel darba li żewġ nisa dehru wara l-President waqt diskors lill-Kungress.
Minħabba restrizzjonijiet imposti għall-kontra l-pandemija tal-Coronavirus, dan l-avveniment kien fuq skala ħafna iżgħar minn dawk passati.
//= $special ?>