Lokali

Anzjana li kienet f’ambulanza tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 90 sena residenti l-Belt Valletta kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta,

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00pm tal-Ħamis u mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija irriżulta li l-mara weġġgħet meta iseħħet ħabta bejn ambulanza misjuqa minn raġel Irlandiż ta’ 45 sena residenti l-Munxar, Għawdex, u trakk misjuq mir-raġel ta’ 41 sena residenti Birkirkara.

Fl-ambulanza kien hemm l-anzjana ta’ 90 sena li mal-impatt sofriet xi ġrieħi.

Il-mara ingħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u ttieħdet l-isptar fejn ġiet iċċertifikata li
weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.