Għar-raba’ jum konsekuttiv pajjiżna ma rreġistra ebda mwiet kawża tal-COVID-19. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 27 każ ġdid, filwaqt li fiequ 31 persuna oħra.
Hekk kif issa pajjiżna ilu għaddej minn din il-pandemija għal kważi erbatax-il xahar, il-każi attivi jammontaw għal 370 filwaqt li t-total ta’ persuni mfejqa jaqbeż sew it-29,000. It-total ta’ mwiet jibqa’ dak ta’ 413.
Sal-bieraħ ngħataw 326,934 tilqima…. bi 104,464 persuna jieħdu t-tieni doża.