Internazzjonali

Il-Bulgarija tkeċċi diplomatiku tar-Russja

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’Sofija keċċa diplomatiku tar-Russja mill-pajjiż fost l-investigazzjonijiet dwar sensiela ta’ splużjonijiet f’numru ta’ depots tal-armi fil-Bulgarija. It-tkeċċija kompliet iżżid it-tilwima diplomatika bejn ir-Russja u l-Bulgarija – meta talaħħar, snin ilu, kienet alleata soda ta’ Moska.

L-aħħar żviluppi segwew l-akkużi li r-Russja kienet ‘responsabbli’ għal splużjoni li seħħet fl-2014 f’depot tal-armi fir-Repubblika Ċeka u li kienet ħalliet talanqas tnejn mejtin.

Sadanittant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Bulgarija, Ekaterina Zaharieva, ħabbret it-tkeċċija tad-diplomatiku wara taħditiet mal-Ambaxxatur Russu f’Sofia.

Zaharieva, permezz ta’ stqarrija, ħeġġet biex ir-Russja tikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni tal-Bulgarija dwar l-erba’ splużjonijiet li saru f’pajjiżha. Dan meta l-Bulgarija trid ukoll l-għajnuna tar-Russja fl-investigazzjoni dwar attentati (ta’ ivvelenar) fuq il-ħajja ta’ tliet ċittadini Bulgari.