Internazzjonali

Il-Vatikan: Miżuri ġodda kontra l-korruzzjoni

Il-Papa Franġisku ħareġ pakkett ġdid ta’ regoli għal kontra l-korruzzjoni li qegħdin jorbtu lill-uffiċjali ewlenin u membri oħra tal-istaff tal-Vatikan, wara sensiela ta’ skandli finanzjarji.

Ir-regoli jirrikjedu li l-kapijiet tad-dekasteri u istituzzjonijiet – l-istess bħall-membri tal-istaff amminsitrattiv tal-Vatikan – ma jkollhomx l-assi f’zoni fejn mhumiex obbligati li jħallsu t-taxxa. Huma lanqas ma jistgħu jinvestu f’kumpaniji jew ażjendi li ‘joperaw kontra d-duttrina tal-Knisja Kattolika’.

L-uffiċjali jridu jiffirmaw dikjarazzjoni li tistqarr li huma ma kenux investigati jew ikkundannati għal ħasil ta’ flus jew evażjoni tat-taxxa – meta l-Vatikan, bħalissa, qed jipprova jżid it-trasparenza ta’ dak kollu relatat mal-management tal-finanzi pubbliċi.