Coronavirus Lokali Saħħa

Investigat każ f’Malta ta’ persuna li żviluppatilha trombożi wara li ħadet il-vaċċin kontra l-Covid

Persuna ta’ 58 sena qed issofri minn trombożi wara li ħadet il-vaċċin kontra l-COVID-19.

Fi stqarrija l-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li din il-persuna li tinsab f’kundizzjoni stabbli, kienet ilha ħmistax-il jum li ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u għalhekk il-każ kien irrapportat lill-Awtorità tal-Mediċini ta’ Malta bil-għan li tinvestiga jekk kienx hemm xi rabta.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jfakkru li l-Awtorità tal-Mediċini Ewropea qed tibqa’ tagħti l-parir li r-riskji tal-vaċċin huma rari u ferm iżgħar mir-riskji marbuta mal-Covid-19. Il-pariri tal-esperti jibqgħu dawk li l-vaċċin huwa l-uniku mod effettiv li bih nistgħu niġġieldu l-imxija tal-Covid-19.