Kundanna oħra għall-Gvern Laburista hekk kif il-Parlament Ewropew ħa vot kontra l-Gvern ta’ Robert Abela fid-dawl tad-dibattitu u riżoluzzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-mod kif il-Gvern qed iħares is-saltna tad-dritt.
Minn 693, kien hemm 635 vot kontra l-Gvern Laburista, 46 favur, u 12-il astensjoni. Dan ifisser li l-maġġoranza tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew ivvutaw kontra Robert Abela.
Il-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-Kwestur David Casa qalu li dan il-vot jipproteġi lill-Maltin u jikkundanna lill-Gvern Laburista. Huma qalu li dan il-vot huwa kontra l-kriminali, għax dawn ma jirrapreżentawx il-valuri veru tal-poplu Malti.
L-abbozz tar-riżoluzzjoni kien iffirmat minn Membri mill-gruppi politiċi kollha, inkluż mill-Grupp tas-Soċjalisti.
L-iżviluppi b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, b’mod partikolari l-ammissjoni ta’ Vincent Muscat li poġġa l-bomba mal-karozza tagħha, kif ukoll l-arrest tal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri b’rabta ma’ ħasil tal-flus, korruzzjoni u falsifikazzjoni ta’ dokumenti, qajmu interess kbir fil-kurituri tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>