Fis-semifinali tal-UEFA Europa League, Manchester United f’darhom kisbu rebħa kbira ta’ 6-2 fuq Roma, rebħa li tpoġġilhom sieq waħda fil-finali. BRUNO FERNANDES fetaħ l-iskor wara disa’ minuti, b’Roma jdawwru r-riżultat favur tagħhom b’gowls minn LORENZO PELLEGRINI permezz ta’ penalty u ieħor ta’ EDIN DZEKO. Ir-rimonta ta’ Manchester united bdiet fit-48 minuta meta EDINSON CAVANI għamel l-iskor 2-2. L-istess CAVANI għamel l-iskor 3-2 fl-64 minuta. Gowls ta’ BRUNO FERNANDES minn penalty, PAUL POGBA u MASON GREENWOOD aċċertaw minn rebħa kbira għal Manchester United.
Arsenal sofrew telfa ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Villareal biex b’hekk jiddependu mit-tieni leg sabiex jiksbu post fil-finali. Villareal fetħu vantaġġ doppju fl-ewwel nofsiegħa b’gowl minn MANUEL TRIGUEROS u RAUL ALBIOL. Fit-tieni taqsima Arsenal sfaw jilgħabu bi player anqas meta tkeċċa Dani Ceballos għat-tieni karta safra. Minkejja dan Arsenal daħlu fil-partita meta NICOLAS PEPE permezz ta’ penalty għamilhom 2-1. Għaxar minuti mit-tmiem Villareal ukoll temmew bi player anqas meta tkeċċa Etienne Capoue għal daħla kerha fuq Saka.
It-tieni leg ta’ dawn iż-żewġ semifinali jintlagħbu bħal-lum ġimgħa.
//= $special ?>