Kultura Lokali

Ride or Die – single ġdida ta’ Lyndsay Pace

Lyndsay Pace, il-kantanta prominenti għadha kif nediet kanzunetta ġdida mir-repertorju taghha Ride or Die (produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down u Will Taylor f’kolaborazzjoni ma’ Highkey Music) flimkien ma’ video muzikali (produzzjoni u direzzjoni ta’ Marlon Polidano) li propju toħroġ l-istil ġdid tagħha.

Lyndsay bhalissa qed tiffoka fuq ir-rilaxx ta l-ewwel album tagħha li jġib l-isem ta’ Dopamine u se jkun disponibli għal-bejgħ madwar id-dinja kollha.

L-album jinkludi tnax-il kanzunetta fuq stil pop/dance u Lyndsay se tkun qed toħroġ dawn il-kanzunetti bħala singles u se jkunu wkoll qed jindaqqu fuq l-istazzjonijiet tar-radju matul din is-sena.

www.lyndsaypace.com