Tard ilbieraħ filgħaxija tliet persuni kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart fi Triq il-Karmnu.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Auris, misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Qormi, u Honda Fit, misjuqa minn mara ta’ 32 sena milll-Marsa. Fil-Honda kien hemm ukoll raġel ta’ 33 sena residenti l-Marsa u tifla ta’ 9 snin.
Huma ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku filwaqt li t-tifla u r-raġel ta’ 33 sena ttieħdu l-isptar Mater Dei. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
