Birkirkara F.C. ressqu appell kontra multa ta’ €10,000 li ngħatatilhom mill-Member Clubs Licensing Board iktar kmieni dan ix-xahar. Fi stqarrija uffiċjali, meta kienet ingħatat din il-multa, il-Bord kien iddikjara li dan sar għaliex il-klabb naqas milli jikkomunika miegħu u jinfurmah li wettaq bidla sinifikattiva fil-ħlasijiet dovuti mill-klabb. Madankollu l-klabb jikkontesta din il-verżjoni u, fi stqarrija uffiċjali, jingħad li l-klabb mexa’ mar-regoli u daħal fi ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxa biex iħallas dak li hu dovut.Il-klabb jisħaq li ladarba l-ftehim milħuq mal-awtoritajiet għandu l-firma tal-partijiet kollha kompetenti, u l-klabb qed jirrispetta dan il-ftehim, allura l-multa imposta fuqu hi inġusta.
//= $special ?>Birkirkara jressqu appell dwar il-multa li mill-Member Clubs Licensing Board
