Lokali

COVID-19: il-każi attivi f’pajjiżna jinżlu għal 331

Fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 55 persuna. Dan ifisser li l-każi attivi huma 331, b’21 minnhom jinsabu f’Għawdex.

Fortunatament fl-istess perjodu ta’ żmien ma kienu rrappurati ebda mwiet kawża tal-pandemija biex b’hekk it-tal ta’ mwiet jibqgħu 413.

F’dan il-perjodu saru 1,761-il swab test.

Bħalissa hemm 54 persuna rikoverati l-isptar.

Fl-aħħar ġimgħa kien irreġistrat każ wieħed fis-residenzi tal-anzjani, 7 fil-iskejjel li kienu 4 studenti u 3 edukaturi. Din il-ġimgħa wkoll instab cluster ta’ 11-il student universitarju li huma studenti barranin li jgħixu flimkien f’kumpless.

Sal-lum pajjiżna ra total ta’ 30,292 każ.