Futbol Sport

Draw fis-Saint Mary’s

(Ritratt: EPA)

Southampton irnxxielhom jiksbu punt importanti minkejja li lagħbu għal aktar minn 80 minuta b’għaxar players. Southampton sfaw jilgħabu bi player inqas wara biss għaxar minuti, meta tkeċċa Jannik Vestergaard wra daħla kerha fuq Jamie Vardy. Minkejja dan, is-Saints irnexxielhom jiftħu l-iskor mas-siegħa logħob meta Kelechi Iheanacho deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Minn ħdax-il metru, JAMES WARD-PROWSE ma żbaljax għal 1-0. Leicester wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs tmien minuti wara meta minn cross tajjeb ta’ Iheanacho, kien JONNY EVANS li kkonkluda b’daqqa ta’ ras tajba għal skor finali ta’ 1-1.

PREMIER LEAGUE
Illum:
Southampton v Leicester 1-1 Għada: C. Palace v Man City 1.30pm, Brighton v Leeds 4.00pm, Chelsea v Fulham 6.30pm, Everton v A. Villa 9.00pm Il-Ħadd: Newcastle v Arsenal 3.00pm, Man Utd v Liverpool 5.00pm, Tottenham v Sheff Utd 8.15pm It-Tnejn: WBA v Wolves 7.00pm, Burnley v West Ham 9.15pm