Tal-anqas 44 persuna tilfu ħajjithom waqt festival tal-Ortodossi f’Izreal.
Minbarra n-numru kbir ta’ fatalitajiet, jidher li għexieren oħra ta’ fidili weġġgħu gravi meta waqt il-festival tgħaffġu fir-rases.
L-inċident seħħ f’Lag B’Omer f’Mount Meron fejn ta’ kull sena ssir kommemorazzjoni u lejl ta’ talb u żfin fuq qabar tat-tieni seklu. Il-qabar li hu tar-Rabbi Shimon Bar Yochai, huwa meqjus bħala l-aktar post qaddis mil-Lhud.
Għal dan il-festival attendew għexieren ta’ eluf ta’ persuni.
Il-Prim Ministru Izraeljan Benjamin Netanyahu ddeskriva l-inċident bħala ‘diżastru kbir’.
//= $special ?>