Lokali

“Ħallejt din id-dinja waqt li kont qed tagħmel ġid kbir” – Bernard Grech isellem lil Ivan Barbara

“Qalb tad-deheb tasal ‘il bogħod…b’dieqa kbira nsellimlek.”

Din kienet it-tislima tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fuq il-midja soċjali lill-Ivan Barbara, il-Malti ta’ 47 sena minn Ħal Tarxien li sfortunatament tilef il-battalja mal-virus tal-Covid-19.

Bernard Grech saħaq li bi ftit kliem Ivan kien juri lil ta’ madwaru l-ġentilezza umli li kellu, filwaqt li insista li ħalla din iddinja waqt li kien qiegħed jagħmel ġid kbir.

Ivan Barbara ttestja pożittiv għall-Covid-19 meta aktar kmieni dan ix-xahar flimkien mal-mara tiegħu kienu telgħu l-Indja għal proċess ta’ adozzjoni.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1119266225251348?cft[0]=AZUq77F1n7QQ8N5nb5AGKKRHRwpNOSq5_KwULtMt9_4VzWZuTgE23X2mBBZ9z4BF3DFumpiJoqFrbrAhQUAeDQI_pMozIT0cQ8z3wvIBmO4-DNqCQnb2Q6R0BvUjqqF859DlGDHcThw7BN2I_gReoC4Y&tn=%2CO%2CP-R