Futbol Sport

Henry Bonello qed joffri par ingwanti tiegħu għal irkant bl-għan li jinġabru l-flus b’risq il-familja Akpan

Il-goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Valletta Football Club Henry Bonello qed joffri par ingwanti tiegħu għal irkant bl-għan li jinġabru l-flus b’risq il-familja Akpan.Dan il-ġest mill-isbaħ mill-goalkeeper Bonello qed isir l-għada li sar magħruf li Lucas, iben il-goalkeeper ta’ Floriana FC Ini Etim u martu Danielle, se jkollu jgħaddi mit-tieni intervent f’qalbu.L-ingwanti, li Bonello qed jgħaddi lil Replay (Net Television) b’risq din l-inizjattiva, intużaw minnu fil-logħba tat-tim nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe, li spiċċat fi draw ta’ 1-1.L-offerti qed jintlaqgħu minn Replay (Net Television) sa tmiem il-programm tal-Ħadd li ġej, fl-22:30. Min hu interessat għandu jibgħat messaġġ privat fuq din il-paġna, b’ismu u l-offerta li qed jagħmel.