Kultura Lokali

Herrera ma jiskużax ruħu u jgħid li ġie “miskwotat”

Il-Ministru tal-Kultura José Herrera għadu qed iħossha bi tqila biex jammetti li żbalja u apoloġija lill-eluf ta’ persuni li jaħdmu qatigħ u bi professjonalità fis-settur tal-arti u d-divertiment.

Il-kontroversja kollha bdiet wara li tul il-jum ta’ Tnejn, il-Ministru stqarr ma’ Net News li xogħol l-artisti ma jqisux bħala impjieg, u li l-IQ tal-artist mhux business oriented – tant li bosta kienu dawk il-persuni minn kull qasam f’dan is-settur; minn atturi sa kompożituri, minn pitturi sa inġinjiera tal-grafika, li esprimew id-diżappunt tagħhom fil-konfront ta’ dak li qal Herrera.

Iżda quddiem dan kollu…Jose’ Herrera kompla jinsisti li kien żball fir-rappurtaġġ. U issa, meta kien affrontat quddiem il-Parlament mill-MaltaDaily il-Ministru saħaq li ġie miskwotat.

Kif juru l-filmati ta’ Net News, Herrera kien cara hafna fi kliemu meta irrefera ghall-inteligenza tal-professjonisti fl-industrija…bin-nies jesprimu unanament id-diżappunt tagħhom għan-nuqqas ta’ sensittività minn naħa tal-Ministru.

Għaldaqstant il-fatt li insista li ġie miskwotat mhux korrett – u diversi persuni insistew li ma jistax il-Ministru f’nofs wiehed jgħid li 12,000 ħaddiem u eluf oħra part-time fl-arti jifformaw 8% tal-ekonomija, imbgħad jgħidilhom li m’għandhomx moħħ kummerċjali.