Futbol Sport

Hibernians bi ftehim ma’ ‘Center for Sport Excellence’

Hibernians iffirmaw ftehi mas-Center for Sport Excellence bl-għan prinċiplai jkun li l-club ikun jista’ jiżviluppa fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-isport.

Permezz tal-kuntatti li dan il-ftehim iġib miegħu, Hibernians se jkunu qegħdin jaħdmu fil-qrib mal-Leeds United College, bis-setturi tal-isport u ż-żagħżagħ se jkunu fiċ-ċentru tal-ħidma bejn iż-żewġ partijiet. Hibernians se jkunu wkoll qed joffru l-faċilitajiet tagħhom sabiex s-CSE jkunu jistgħu jaħdmu.

Il-fundatur tas-Center for Sport Excellence Martin Borg li fil-passat lagħab ma’ Hibernians ukoll, jemmen flimkien mal-club li permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ wieħed ikun jista’ jkompli jiżviluppa u se jkun qed isir dak kollu possibli biex din l-inizjattiv tkompli tissaħħaħ.