Lokali

“Iċ-ċittadinanza m’għandhiex tiġi offruta lil xi ħadd bi prezz” – Repubblika

“Minħabba t-tnawwir tal-valur veru taċ-ċittadinanza, l-inġustizzja li ġġib magħha skema li tkun ristretta għall-għonja u li teskludi lill-bqija, il-ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malts, ir-riskju għas-sistema finanzjarja, ir-riskju ta’ kompliċità konsegwenzjali ma’ kriminali finanzjarji, il-falliment fl-obbligi tagħna lejn sħabna fl-Unjoni Ewropea, it-tnawwir li tikkawża s-segretezza amministrattivs u d-diskrezzjoni politika eċċessiva fl-applikazzjoni tal-liġi dwar iċ-ċittadinanza,
hija l-fehma soda tagħna li ċ-ċittadinanza ta’ Malta m’għandhiex tiġi offruta lil xi ħadd bi prezz”.

Repubblika qed tappoġġa l-azzjoni li ħadet il-Kummissjoni Ewropea meta finalment iddeċidiet li liskema Maltija tikser il-liġi tal-UE u nittamaw li l-awtoritajiet Maltin ma jdaħħlux lil pajjiżna fi skariġġ għali u inutli biex jiddefendu din l-iskema.

Repubblika qalet li l-abrogazzjoni tal-IIP mhix biżżejjed.

Repubblika qalet li l-kwistjonijiet ta’ diskrezzjoni Ministerjali mingħajr restrizzjonijiet, il-governanza laxka u n-nuqqas kważi totali ta’ sorveljanza fl-amministrazzjoni taċ-ċittadinanza tagħna. Repybblika qalet li mhix imħassba biss dwar il-vulnerabbiltà tal-komunità Maltija għax l-IIP esponietna għal bosta riskji. L-organizzazzjoni qalet li hi mħassba ferm dwar il-vulnerabbiltà tal-persuni li jitolbu jew li għandhom ikunu intitolati jitolbu li jiġu kkunsidrati għaċ-ċittadinanza Maltija.

L-organizzazzjoni qalet li tappoġġja riformi li jerġgħu jnaqqxu l-bażi għar-rikonoxximent taċ-ċittadinanza fil-Kostituzzjoni mnejn tneħħiet, jirrikonoxxu lill-persuni li twieldu u kibru Malta bħala ċittadini mingħajr ma titqies innazzjonalità tal-ġenituri tagħho, itejbu l-kriterji għan-naturalizzazzjoni biex kull min għandu impenn sinċier għal ħajja
f’Malta jkun jista’ jikseb iċ-ċittadinanza fi ftit snin; u permezz tal-kriterji għan-naturalizzazzjoni, l-intraprendituri, l-artiġġjani, l-artisti, ilħaddiema, l-akkademiċi u x-xjenzati jitħeġġu jimpenjaw ruħhom għal ħajja f’Malta u li
dak l-impenn jiġi rikonoxxut b’ċittadinanza fi ftit snin.

Repubblika appellat lill-gvern biex jiftaħ konsultazzjonijiet estensivi dwar dawn ir-riformi ħalli
jitqiesu l-perspettivi ekonomiċi, soċjali u politiċi, u tkun żgurata l-inklużjoni tal-persuni kollha
li jqisu lil Malta bħala pajjiżhom.