Sport Sport Ieħor

Il-Kumitat Olimpiku Malti jniedi l-Youth Development Scheme

Il-Kumitat Olimpiku Malta (MOC) nieda l-Youth Development Scheme, dik li qabel kienet magħrufa bħala l-Youth Elite Scheme. L-għan ta’ din l-iskema huwa li tkompli fuq l-iskema preċidenti fejn issa se tinkludi sitt kategoriji għall-atletli li twieldu bejn l-2004 u l-2009 kif ukoll dak l-atleti li għandhom aktar minn 18-il sena.

L-għażla ta’ dawn l-atleti se tkun ibbażata fuq x’livell jistgħu jilħqu fil-futur u dan se jsir wara konsultazzjoni mal-coaches u l-federazzjoni li l-atleti huma rreġistrati magħha. Il-Federazzjonijiet u l-Assoċjazzjonijiet kollhom li huma rreġistrati mal-Kumitat Olimpiku Malti kienu mistiedna jissottomettu n-nominazzjonijiet rispettivi, bl-MOC permezz ta’ bord li twaqqaf se jkun qed jivverifika l-applikazzjonijiet kollha.

Il-Kumitat qed jibbaża din l-iskema fuq tliet pilastri prinċipali, l-investiment fl-iżvilupp tal-atleta, jinħoloq proċess ta’ żvilupp tal-atleti kif ukoll li jkun hemm grupp ta’ atleti li jirrapreżentaw lill-pajjiżna.

L-atleti li kienu magħżula, ġew mqassma f’ dawn il-kategoriji:

Kategorija I: Kampjonati tad-Dinja, Olimpjadi: 4 atleti, Kategorija II: Kampjonati Kontinentali/Kampjonati tad-Dinja taż-Żagħżagħ: 12-il atleta, Kategorija III: GSSE: 20 atleta, Kategorija IV: Champion Lokali: 35 atleta, Kategorija V: Youth Development Pool 30 atleta, Kategorija 18+: 7 atleti

Minbarra f’ għajnuna finanzjarja, l-atleti se jkunu qed jibbenifikaw ukoll minn għadd ta’ servizzi fosthom, ta’ Sport Nutritionist u Sport Pschologist. Il-President tal-Kumitat Olimpku Malti, Julan Pace Bonello qal li l-MOC qed tkompli tinvesti fil-futur tal-isport f’pajjiżna, bl-atleti magħżula diġa wrew il-kapaċitajiet tagħhom. Il-flus li se jkun qed jiġu nvestiti se jgħinu lill-atleti biex jilħqu l-potenzjal tagħhom.