Lokali

Il-membri tal-Korp għandhom jingħataw dritt ta’ strajk – MPA

Ritratt: Arkivji

“Il-membri tal-Korp tal-Pulizija għandhom jingħataw id-dritt ta’ strajk.” Dan saħqitu l-Malta Police Association hekk kif ħabbret li kitbet formalment lill-Gvrn bil-għan li b’mod immedjat jingħata bidu għal din id-diskussjoni.

L-MPA insistiet li l-liġijiet ta’ Malta jindikaw b’mod mill-aktar ċar li l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet li jkun hemm projbizzjoni sħiħa u assoluta fuq id-dritt li t-trade unions jagħmlu azzjoni industrijali bħal ma huwa strajk meta fl-artikolu 67A(2)(b) ta’ KAP452 jingħad li trade union li tirrappreżenta membri ta’ forza dixxiplinata ‘ma jkollha l-ebda dritt li tieħu xi azzjoni oħra fil-forza dixxiplinata bi ħsieb ta’ tilwima jew biex din it-tilwima titmexxa ’l quddiem’.

L-Assoċjazzjoni saħqet li dan tassew jistona meta moqri fid-dawl ta’ dak li rrisolva l-Kumitat tal-Ministri fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa nhar it-2 ta’ Dicembru 2013 fil-każ ‘European Confederation of Police (EuroCOP) v. Ireland (Complaint No. 83/2012), fejn ġie konkluż illi:, “there is a violation of Article 6§4 of the Charter on grounds of the prohibition against the right to strike of members of the police.”

Għaldaqstant, l-MPA insistiet li l-Gvern għandu jemenda l-liġi mingħajr dewmien u ma jkomplix jikser id-drittijiet tal-membri tal-Korp.

https://www.facebook.com/PoliceUnionMPA/posts/4013424792026690?cft[0]=AZWfsomgt-5X-GbL9PtolOP-4GjLlAGN6OWaAzYPxmptwTQ1QRubMr6nIMn0_xgWqQtXnSuAy0OtBhwA6V9aIGprl6gu8yiJ97GiJGRayf0MaflNW5v-PezZilTynG3PnmF_SCsNrvuJDHwwjLN7qC-VDUuFy-H9L8LapRboloeoIA&tn=%2CO%2CP-R