Ir-raġel Malti li kien rikoverat fi sptar fl-Indja u li kellu l-Covid miet il-Ġimgħa.
Ivan Barbara, li kellu 47 sena, kien jinsab fil-pajjiż biex flimkien ma’ martu jaddotta tifla. Huma kienu marru l-Indja fil-bidu tax-xahar meta s-sitwazzjoni fil-pajjiż ma kinitx daqstant prekarja.
Hu kien mistenni jinġieb lura pajjiżna llum permezz ta’ air ambulance, iżda propju kif kien fuq l-air ambulance, Barabara tilef ħajtu. Mhux magħruf jekk Barbara kienx vittma tal-varjant Indjan.
Jidher li mart Ivan Barbara hija wkoll pożittiva għall-virus.
Għal diversi jiem ir-raġel kien rikoverat fi sptar qrib il-belt kapitali.
//= $special ?>