L-Italja tkompli riesqa lejn in-normalità hekk kif issa intlaħqet il-mira ta’ nofs miljun vaċċin illi qed jingħata kuljum.
L-Italja qed timmira wkoll li sa Lulju, 60% tal-popolazzjoni tkun imlaqqma għal kontra l-Covid. Dan apparti illi issa kien konfermat li f’Ġunju, il-kumpanija Pfizer se tibda tiċċirkola tilqima li tkun addattata anke għat-tfal minn 12-il sena ‘l fuq.
Intant, anke bliet kbar bħal Venezia qed jerġgħu jibdew jaraw il-ħajja. Tant illi minn dan il-weekend, numru ta’ kafetteriji u ristoranti jibdew jilqgħu mill-ġdid klijenti lokali u turisti. Fost dawn hemm il-famuż Caffe’ Quadri illi se jiftaħ mill-ġdid għada filgħodu wara 6 xhur magħluq.
//= $special ?>