Lokali

L-ultimatum tal-‘hackers’ estiż b’ġimgħa, il-PN mhux se jikkomunika u jinnegozja ma’ kriminali

Il-persuni li kienu l-mohh wara s-cyber attack fuq is-sistemi tal-informatika tal-Partit Nazzjonalista estendew l-ultimatum ghal gimgha ohra.

Dan wara li l-Partit Nazzjonalista zamm sod mal-pozizzjoni tieghu li ma jikkomunikax, u ma jinnegozjax ma’ kriminali.

Ghaxart’ ijiem ilu, il-Partit Nazzjonalista safa’ fil-mira ta’ attakk fuq is-sistemi tal-informatika tieghu.

Il-hackers issa qalu li qed jestendu l-ultimatum wara li ma kienx hemm koperazzjoni mill-Partit Nazzjonalista.

Is-Segretarju Generali tal-PN Francis Zammit Dimech informa lill-esperti tal-Qorti b’dawn l-ahhar zviluppi hekk kif l-inkjesta immexxija mill-Magistrat  Victor Axiak ghadha ghaddejja.

Sadanittant, il-Partit Nazzjonalista ha l-passi kollha sabiex isahhah is-sigurta’ fis-sistema tieghu tal-informatika.