Sport Sport Ieħor

Mya Azzopardi b’rekord nazzjonali ġdid fil-200 metru freestyle

L-għawwiema Maltija Mya Azzopardi waqqfet rekord nazzjonali ġdid fil-200 metru freestyle meta waqt li kienet qed tikkompeti fl-International Turkcell Open li saru bejn it-22 u l-25 ta’ April fil-heats hi rnexxielha tagħmel ħin ta’ 2:05.11 fil-finali.

Aktar qabel fil-heats hi rnexxielha wkoll tagħmel ħin ta’ 2:06.09 fejn tejbet il-ħin tagħha li kienet waqqfet aktar qabel dak ta’ 2:06.48. Matul ix-xahar li għadda fl-istess kompetizzjoni Azzopardi wkolli rnexxielha twaqqaf rekord nazzjonali fil-200 metru freestyle. Hi kienet tejbet ukoll il-ħinijiet tagħha fl-400 metru u l-100 metru individual medley.