Lokali

Rizzo jissospendi lilu nnifsu mill-Allied Group

"Sorpriżi ferm bid-deċiżjoni tal-Istat" - Allied Group

Michel Rizzo, id-Direttur Maniġerjali ta’ Allied Group, issospenda lilu nnifsu minn din il-kariga wara li tul il-jum tal-Ħamis ġie mressaq il-Qorti flimkien mal-kumpanija Progress Press b’akkużi ta’ frodi u ħasil ta’ flus wara li twettqet investigazzjoni ulterjuri b’rabta mal-allegata konfoffa bejn l-eks Chief of Staff f’Kastilja, Keith Schembri, u l-eks uffiċjali tal-kumpanija Adrian Hillman u Vincent Buhagiar.

Fi stqarrija l-kumpanija Allied Group sostniet li tinsab sorpriża ferm bid-deċiżjoni meħuda mill-Istat li jixli lil Michel Rizzo filwaqt li preċiżat tgħid li huwa ħa din id-deċiżjoni minkejja li l-Pulizija nnifsiha ħabbret li ma hemm l-ebda evidenza li Rizzo għamel użu ħażin minn xi fondi.

Il-kumpanija insistiet li dejjem ikkoperat bi sħiħ tul l-inkjesta maġisterjali u li kommessa li tibqa’ taġixxi b’dan il-mod sabiex kull min wettaq xi forma jew oħra ta’ reat iħallas ta’ għemilu għad-detriment tal-kumpanija.