Sewwieq ta’ mutur miċ-Ċina residenti Wied il-Għajn kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-mini ta’ Ħal Kirkop.
Il-każ seħħ ftit wara t-tokki ta’ nofsinhar fi Triq il-Mini meta għal xi raġuni l-mutur misjuq miż-żagħżugħ ta’ 22 sena kellu mpatt ma vettura misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti tas-Sliema.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-isptar għal aktar kura.
Inevitabbilment fiż-żona nġemgħa traffiku qawwi, bil-Pulizija titlob lis-sewwieqa sabiex kemm jista jkun jevitaw l-inħawi.
//= $special ?>