Ir-Reġina taz-Zulu Mantfombi Dlamini mietet ħabta w’sabta fl-età ta’ 65 sena.
Mantfombi kienet ilha biss xahar tirrennja b’mod interim, bil-familja tagħha jħabbru l-mewt tagħha fl-aħħar sigħat.
Hija kienet ħadet ix-xettru wara l-mewx ta’ żewġha Goodwill Żwelithini.
Il-Prim Ministru tan-nazzjon, il-Prinċep Mangosuthu, qal li l-mewt tar-reġina kien ħasad lill-familja tagħha.
Skont il-media tal-Afrika t’Isfel, ir-reġina kienet iddaħħlet l-isptar ġimgħa ilu b’marda mhux imsemmija.
Sa issa mhux magħruf min se jkun is-suċċessur ta’ Mantfombi għat-tmexxija tal-pajjiż li jgħodd mal-ħdax il-miljun f’popolazzjoni.
//= $special ?>