Lokali

Żewġt iklieb ta’ Dwana jagħmlu sejba droga

Tissokta l-ħidma ta’ dwana fis-sejbiet ta’ droga li qed tasal permezz tal-posta hekk kif fl-aħħar jiem instabu xejn inqas minn 4 pakketti.

Waqt li kienu qed ixammu numru ta’ pakketti li waslu f’pajjiżna fl-uffiċini tal-Malta Post – Ted u Stan irnexxielhom jagħmlu 4 sejbiet fejn fil-pakketti instabu trab abjad, allegatament kokaina, pirmli allegatament ecstasy u droga suspettata ħaxixa.

Il-pakketti kienu ġejjin mill-Italja, ir-Renju Unit u tnejn mill-Olanda.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa.