Lokali Unjoni Ewropea

17-il sena mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea

Mat-tokki ta’ nofs il-lejl tal-1 ta’ Mejju 2004, 17-il sena ilu, il-Maltin u l-Għawdxin , bħala poplu ċċelebrajna s-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.

Dakinhar, Malta, flimkien ma’ disa’ pajjiżi oħra, issieħbet f’din l-Unjoni wara mixja twila, u negozjati iebsin. Pajjizna kellu wkoll jaffaċja referendum missielet sena qabel b’kampanja qalila mill-Partit Laburista, illi kien kontra li Malta tieħu postha mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej.

Dan is-17-il anniversarju kien imfakkar is-Sibt, flimkien maċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.

Grazzi għall-fondi Ewropej, f’Malta saru ammont ta’ proġetti, bl-aħħar wieħed ikun il-proġett tal-Marsa. Dan apparti numru ta’ proġetti fis-settur tas-saħħa, dak edukattiv, proġetti ambjentali u bosta oħrajn. 

F’messaġġ fuq il-media soċjali b’rabta ma’ dan l-anniversarju, il-Kap tal-PN Bernard Grech stqarr illi issa jmiss li flimkien nużaw dejjem aħjar l-għodda li ksibna 17-il sena ilu meta sirna membri tal-Unjoni Ewropea. Bl-għaqal u l-esperjenza li akkwistaw il-Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej għandna naraw li nġibu aktar ġid lejn pajjiżna.

Fl-Ewropa ukoll … flimkien bħala Maltin kburin…. niktbu paġna ġdida għal pajjiżna, stqarr Bernard Grech fil-messaġġ illi għadda.