Valtteri Bottas ta’ Mercedes se jkun qed jibda mill-ewwel pożizzjoni fil-Grand Prix ta’ Portimao fil-Portugall. Warajh temm sieħbu fit-tim Lewis Hamilton li se jkollu jistenna biex jilħaq it-tragward ta’ 100 Pole Position.
Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen se jkun qed jibda mit-tielet post u se jkun ukoll segwit minn Sergio Perez ta’ Red Bull stess. Carlos Sainz ta’ Ferrari u Esteban Ocon ta’ Alpine se jibdew mill-ħames u mis-sitt post rispettivament. Lando Norris ta’ McLaren se jibda mis-seba’ post b’Charles Leclerc ta’ Ferrari se jibda mit-tmien post. Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri u Sebastian Vettel ta’ Aston Martin se jibdew mid-disa’ u mill-għaxar post rispettivament. Il-Grand Prix ta’ għada jibda fl-4.00pm
Kif se jibdew:
- V. Bottas, 2. L. Hamilton, 3. M. Verstappen, 4. S. Perez, 5. C. Sainz, 6. E. Ocon, 7. L. Norris, 8. C. Leclerc, 9. P. Gasly, 10. S. Vettel, 11. G. Russell, 12. A. Giovinazzi, 13. F. Alonson, 14. Y. Tsunoda, 15. K. Raikkonen, 16. D. Ricciardo, 17. L. Stroll, 18. N. Latifi, 19. M. Schumacher, 20. N. Mazepin