Lokali

Erba’ l-isptar wara ħabta fiż-Żurrieq

Erba’ żgħażagħ – tlieta ta’ 17-il sena u wieħed ta’ 20 sena kollha minn Ħal Qormi kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara inċident fiż-Żurrieq.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena li kien qed isuq Mazda Demio u li miegħu kellu lit-tlett ġuvintur, għal xi raġuni mhux magħrufa għall-ħabta tat-15.15 tas-Sibt kellu impatt ma’ karozza tat-tip Isuzu li kienet misjqua minn raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara.

Il-kundizzjonijiet tagħhom għadha pendenti filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.