Sport Sport Ieħor

Fabio Quartararo jirbaħ it-tieni Pole Position konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Fil-Grand Prix ta’ Jerez fi Spanja, Fabio Qurtararo fuq Yamaha se jkun qed jibda minn quddiem nett għat-tieni Grand Prix konsekuttiva filwaqt li Franco Morbidelli se jkun qed jibda mit-tieni post.

Jack Miller u Francesco Bagnaia ta’ Ducati se jkunu qed jibdew mit-tielet u mir-raba’ post rispettivament filwaqt li Takaaki Nakagami u Johan Zarco se jibdew mill-ħames u mis-sitt post. Maverick Vinales ta’ Yamaha u Aleix Espargaro ta’ Aprilia se jibdew mis-seba’ u mit-tmien post b’Alex Rins se jkun qed jibda mid-disa’ post. Joan Mir se jkun qed jibda mill-għaxar post. Il-Grand Prix ta’ għada l-Ħadd se jibda fis-2.00pm

Kif se jibdew:

  1. F. Quartararo, 2. F. Morbidelli, 3. J. Miller, 4. F. Bagnaia, 5. T. Nakagami, 6. J. Zarco, 7. M. Vinales, 8. A. Espargaro, 9. A. Rins, 10. J. Mir, 11. B. Binder, 12. S. Bradl, 13. P. Espargaro, 14. M. Marquez, 15. E. Bastianini, 16. M. Oliveira, 17. V. Rossi, 18. L. Marini, 19. D. Petrucci, 20. A. Marquez, 21. I. Lecuona, 22. L. Savadori, 23. T. Rabat